Internazzjonali

Il-Gwerra tal-Ukrajna: Jivvutaw (fin-NU) biex l-invażjoni ma tgħaddix minn kundanna

Għalkemm id-dinja qed tingħaqad f’kundanna assoluta għall-attakki militari tar-Russja fuq l-Ukrajna, ħames pajjiżi vvutaw biex ma toħroġx stqarrija ta’ kundanna għal Moska (relatata mal-invażjoni) waqt l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti li ltaqgħet b’urġenza fi New York.

Minbarra l-Federazzjoni Russa, il-Belarus — li qed tappoġġja bil-miftuħ lir-Russja fl-invażjoni – opponiet ukoll għall-mozzjoni. Dan meta l-pajiż ċkejken, immexxi mill-President Aleksandr Lukashenko, qed ikun imfisser mill-analisti bħala ‘estensjoni ta’ Moska’ wara li permetta biex numru ta’ truppi Russi jinvadu lill-Ukrajna minn artu.

Pajjiż ieħor li oppona l-mozzjoni ta’ kundanna kienet is-Sirja, wara li l-President Sirjan Bashar al Assad irnexxielu jsalva fil-gwerra ċivili ta’ pajjiżu grazzi għall-appoġġ militari qawwi li tatu r-Russja.

L-Eritrea u l-Korea ta’ Fuq komunista wkoll ivvutaw kontra l-mozzjoni — b’talaħħar tagħmilha ċara li kienet qed topponi ‘għall-politika imperjalista tal-Istati Uniti u l-Punent.’

Madankollu, iċ-Ċina — li din is-sena ssieħbet mar-Russja fl-oppożizzjoni għall-espansjoni tan-NATO — astjeniet mill-vot. Dan wara li ċ-Ċina, il-ġimgħa l-oħra, kienet astjeniet ukoll waqt vot simili mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU.