Internazzjonali

Il-Gwerra tal-Ukrajna: Moska tkompli bid-diskors dwar ‘Tielet Gwerra Dinjija’

Sergei Lavrov

Il-Ministru Russu għall-Affarijiet Barranin, Sergei Lavrov, wissa li jekk tinqala ‘Tielet Gwerra Dinjija’ din għandha tkun miġġielda fuq livell nukleari u għandha twassal għal qerda indeskrivibbli madwar il-pjaneta.

Jidher ukoll li Moska qed tħarrax ir-retorika aktar ma jinħassu l-effetti tal-invażjoni tal-Ukrajna mill-qawwiet Russi.  Intant, Lavrov jidher li qed ikompli fejn ħalla l-President Russu Vladimir Putin fost aktar theddid biex  in-NATO ma tinvolvix ruħha fl-Ukrajna.

Hu issa rrepeta li l-armi nukleari se jispikkaw fi kwalunkwe gwerra dinjija fil-futur waqt li fl-istess ħin qal li r-Russja ‘lesta biex tidħol f’rawnd ġdid ta’ negozjati għall-paċi fl-Ukrajna’.

Sadanittant, Sergei Lavrov akkuża lill-Ukreni b’li qed itellfu l-proċess tad-djalogu ‘bil-għan li jobdu d-direttivi tal-Istati Uniti’.