Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech permezz ta’ post fuq Facebook qal li l-Partit Nazzjonalista għaldaroħra kellu raġun. Dan meta ftit tal-ħin ilu, il-Gvern Laburista ħabbar li qed jissospendi l-applikazzjonijiet għall-bejgħ taċ-ċittadinanza lil persuni Russi u ċittadini tal-Belarus.
Bernard Grech qal li issa għandhom isiru verifiki fuq iċ-ċittadinanza mibjugħa lil nies Russi fl-aħħar xhur.
Dan meta nafu li hemm każ kriminali quddiem il-qrati dwar tixħim fil-bejgħ ta’ ċittadninanza lil tliet persuni Russi, sostna Bernard Grech.
//= $special ?>