L-awtoritajiet fl-Ukrajna għadhom kemm żvelaw li ‘il fuq minn 2,000 ċivili tilfu ħajjithom ‘s’issa’ waqt l-invażjoni ta’ pajjiżhom mill-qawwiet Russi u li ilha għaddejja għal kważi ġimgħa.
Il-mejtin jinkludu ħafna nisa u tfal minbarra membri tat-taqsimiet paramediċi u tas-servizzi Ukreni għall-emerġenzi.
Intant, l-iskwadri għall-emerġenzi rnexxielhom jikkontrollaw ‘il fuq minn 400 nirien madwar l-Ukrajna kkaġunati mill-bumbardamenti tar-Russi. Fl-istess ħin, l-awtoritajiet Ukreni kkonfermaw li fl-aħħar sebat ijiem ta’ gwerra, l-Armata ta’ Vladimir Putin qerdet mijiet ta’ bini residenzjali, hubs għat-trasport, sptarijiet u kumplessi tal-kindergarten fid-diversi bliet tal-Ukrajna.
//= $special ?>