Tħabbret l-aħbar tal-mewt tal-perit Martin Xuereb fl-età ta’ 67 sena… propju jum qabel għalaq 68 sena.
Dan kien konfermat mill-kumpanija tiegħu stess, Martin Xuereb & Associates.
Xuereb kien magħruf għax-xogħol li għamel matul ħajtu fejn matul il-karriera ġie rikonoxxut minn diversi għaqdiet għax-xogħol impekkabli tiegħu.
Fost l-oħrajn, hu ddiżinja l-pjazza f’Tas-Sliema u dik fiċ-Cittadella, Għawdex. Ir-restawr li sar minnu stess fuq iċ-Cittadella ġie mal-finalisti tal-awards prestiġjużi European RegioStar fl-2018. U pool li sar fuq il-bejt tal-Embassy Complex, fil-Belt Valletta hu meqjus bħala wieħed l-aqwa pools fid-dinja.
Xuereb kien ukoll goalkeeper ma’ Neptunes lura fis-sebgħinijiet.
//= $special ?>