Lokali

Inċident tat-traffiku fi Triq Dun Karm Birkirkara

Ftit tal-ħin ilu seħħ inċident tat-traffiku fi Triq Dun Karm Birkirkara.

Jidher li dan l-inċident seħħ wara li kien hemm impatt bejn vettura u mixer tas-siment.

Fuq il-post immedjatament wasal tim medikun kif ukoll ambulanza li taw l-ewwel għajnuna. S’issa għadu mhux magħruf jekk kienx hemm persuni li weġġgħu f’dan l-inċident.

Iktar dettalji hekk kif jaslulna.