Għal darboħra Robert Abela reattiv u tard.
Meta l-attakki tal-Kremlin fuq l-Ukrajna daħlu fis-sitt jum tagħhom u wara li l-Unjoni Ewropea għamlitha ċara li ma kienx aċċettabli li pajjiżi tal-bloc ibigħu il-passaporti lir-Russi u liċ-ċittadini tal-Belarus, il-Gvern fl-aħħar kellu jdawwar ir-rotta u jwaqqaf, tal-anqas għal issa, il-bejgħ tal-passaporti Maltin lil ċittadini Russi.
Ir-raġuni li ta l-Gvern ta’ Robert Abela, kienet li ‘issa minħabba l-aħħar żviluppi’ jiġifieri l-gwerra li ilha għaddejja ġimgħa, ‘mhux possibbli li ssir id-due diligence meħieġa’.
Il-Gvern ma spjegax kif inbidel ix-xenarju għal dak li hu due diligence. Persuni Russi u mill-Belarus li diġà akkwistaw passaport Malti jistgħu iġeddu l-passaport tagħhom u t-tiġded se jkun trattat abbażi individwali.
Intant sal-lum Robert Abela u l-Gvern tiegħu qed jibqgħu jirriffjutaw b’mod assolut li jippubblikaw speċifikament il-lista ta’ Russi li xtraw passaport Malti fl-aħħar snin. Mossa li qed tkompli ddaħħal dubji dwar lil min il-Gvern Laburista ta passaport Ewropew.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech ilu mill-ewwel jum tal-aggressjoni Russa jinsisti li Robert Abela għandu jwaqqaf il-bejgħ tal-passaporti. Issa, l-Gvern spiċċa kellu jibla kliemu u jagħmel dak li riedx sa mill-bidu.
//= $special ?>