Lokali

Jinxteħtu l-ewwel nomini għall-Elezzjoni Ġenerali tas-26 ta’ Marzu

Illum fetħu n-nomini għal dawk kollha li se jkunu kandidati fl-Elezzjoni Ġenerali ta’ nhar is-Sibt 26 ta’ Marzu.

Dawk li xeħtu isimhom f’isem il-Partit Nazzjonalista s’issa kienu Carm Mifsud Bonnici fuq it 3 u r-4 Distrett, Jason Azzopardi li se jikkontesta fuq ir-4 u d-9 Distrett, Charles Azzopardi fuq is-7 Distrett, Ivan J Bartolo fuq id-9 u t-12-il Distrett u wkoll fuq it-12-il Distrett.

F’isem il-Partit Laburista xeħtu isimhom Sean Apap Meli fuq l-1 u s-6 Distrett, Joe Mizzi, fuq it-2 u t-3 Distrett, Audrey Inger fuq it-3 Distrett, Owen Bonnici fuq it-3 u l-5 Distrett, Gianluca Cutajar ukoll fuq il-5 Distrett, Michael Falzon fuq id-9 u l-10 Distrett u fuq l-10 u t-12-il  Distrett Evarist Bartolo.

In-nomini jibqgħu miftuħin sa nhar il-Ħadd 6 ta’ Marzu.