Edukazzjoni Lokali

L-għalliema urtati dwar il-laptops li qatt ma ġew

“Il-proċess beda tard.. kien hemm stennija u għad hemm 2,500 għalliem jistennew il-laptop”.

Hekk tenniet l-MUT, il-Union tal-Għalliema permezz tal-President tal-istess Union Marco Bonnici f’kummenti lil Net News fid-dawl tal-fatt li ħafna għalliema għadhom bla apparat elettroniku biex jaħdmu…. wara li l-Gvern Laburista naqas milli jwettaq dak li wiegħed. Għalkemm issa, qed iwiegħed laptops lill-istudenti tas-Sekondarja.

Mistoqsi minn Net News dwar id-dewmien mhux biss tal-għalliema iżda wkoll għal apparat ieħor lill-istudenti huwa qalilna kif hemm proċess li waqaf. Filwaqt li kien hemm studenti li ma ngħataw ebda apparat elettroniku ieħor….

Marco Bonnici qal li huwa essenzjali li l-għalliema kollha jkollhom laptop għax dan huwa kruċjali għall-ħidma tagħhom.