Lokali

L-MHRA toffri akkomodazzjoni b’xejn lill-Ukreni tul il-perjodu ta’ kwarantina

Membri fi ħdan l-MHRA qed joffru lil Ukreni li telqu minn pajjiżhom residenza b’xejn tul il-ġimagħtejn kwarantina imposta fuq persuni li jidħlu f’Malta bħala solidarjetà matul dan iż-żmien diffiċli.

L-MHRA saħqet li dan qed isir biex jintbagħat messaġġ ta’ paċi bejn kull pajjiż, biex b’hekk l-ebda persuna ma tbati mill-effetti tal-gwerrer.

Tajjeb li wieħed ifakkar li l-Gvern kien qed jobbligahom iħalsu residenza matul il-perjodu ta’ kwarantina, u kienet biss l-MHRA li offriet li tgħin lill-Ukreni f’din is-sitwazzjoni tant diffiċli.