Budget 2022 Lokali

“Magħkom fil-lokalità tiegħek” – Bernard Grech

"Il-viżjoni li l-PN għandu għal dan il-pajjiż hija l-unika viżjoni li se tagħmel id-differenza f'pajjiżna"

Wara li żar il-lokalita ta’ Bormla, il-Kap tal-PN Bernard Grech żar il-lokalita ta’ Ħal Għaxaq fejn hemmhekk ukoll kellu laqgħa sabiħa minn fost dawk preżenti.

Bernard Grech qali li huwa biss miegħek li rridu nġibu l-bidla li pajjiżna tant għanu bżonn hekk kif għandna Partit Laburista li spiċċa jikkopja l-proposti tal-Partit Nazzjonalista.

Huwa qal li malli tħabbret id-data tal-elezzjoni ġenerali, il-Partit Nazzjonalista kien preparat tant li diġà ppreżent l-programm elettorali tiegħu li fih iktar minn 500 proposta…. partit li għandu viżjoni għall-futur u se jwettaq dak li għandu pjanat għal dan il-pajjiż.

Bernard Grech qal li l-viżjoni li l-PN għandu lesta għal dan il-pajjiż hija l-unika viżjoni li se tagħmel id-differenza f’pajjiżna.