Lokali

Min huma r-rebbieħa tal-kompetizzjoni tal-Karnival?

Għadhom kemm tħabbru r-rebbieħa ta’ numru ta’ kategoriji għall-konkorsi kompetittivi tal-Karnival ta’ Malta 2022. Ir-riżultati huma:

KONKORS – Stallazjoni Sezzjoni A:

L-Ewwel Premju: ‘Ma’ Ġużeppi l-Prince Trabbejt Biex it-Tritoni u l-Karnival Ħabbejt’ ta’ Roderick u Raymond Zerafa – Totoperżuta Carnival Company

It-Tieni Premju: ‘Fl-Orjent Lilna Ssibuna u fit-Tradizzjoni Jsemmuna’ ta’ Joswa Borg u Ronnie Spiteri – Triton Carnival Company

It-Tielet Premju: ‘Ħriġna Dawra bil-Karozzin, Biex il-Belt Naslu fil-Ħin’ ta’ Ronald Ghiller u Charlo Theuma – Ta’ Nena Karnival Team

KONKORS – Stallazzjoni Sezzjoni B:

L-Ewwel Premju: ‘Bl-Abra u l-Maġija Ħloqna Festa ta’ Fantasija’ ta’ Charlie Briffa – Tal-Banda Carnival Company

It-Tieni Premju: ‘Dreamteam Goes Grease’ – ta’ Alvin Livori u Clint Zammit – Dreamteam Carnival Company

It-Tielet Premju: ‘Mill-Cartoons Għar-Realta` u Lgħabna Logħba b’Ċelebrita`!’ ta’ Shaun u Tyrone Curmi – Buffalo Carnival Company

KONKORS – Stallazzjoni Sezzjoni Ċ:

L-Ewwel Premju: ‘Karattru Kuraġġuż, Xi Ftit Misterjuż u Għall-Ħelu Famuż!’ ta’ Kevin u Brenda Chetcuti – Crusher Carnival Company b’kollaborazzjoni ma’ Easygas

It-Tieni Premju: ‘Ice Age’ ta’ Costantino, Nicholas Gouder u Silvan Pace – Ta’ Costu Carnival Company

KONKORS – Stallazzjoni Sezzjoni D:

L-Ewwel Premju: ‘Minn mal-Banda Iżolajt, Indoqq fit-Toroq Jiena Spiċċajt !’ ta’ Bjorn Bonett u James Azzopardi – ĊaqquBon Carnival Company

It-Tieni Premju: ‘Allegrija f’Qiegħ il-Baħar, Karnival Hemm Gawdejnieh’ ta’ Alfred u Josef Baldacchino – Tal-Kieka Carnival Company

It-Tielet Premju: ‘Minn Sena ta’ Suċċessi Ġejna Biex M’għand Enzo Żaqqna Mlejna’ ta’ Elton Edward Xuereb u Halejandro Edwardo Zammit – Beraq and Enzo Carnival Company

KONKORS – Maskaruni Grotteski:

L-Ewwel Premju: ‘Hansel and Gretel’ ta’ Isaac Scerri – ICJ Godwin Carnival Group flimkien ma’ La Dolce Pasticceria

It-Tieni Premju: ‘Mit-Tnejn sal-Ħadd, Nolqtu l-Gosti ta’ Kulħadd’ ta’ Jackie u Dino Armeni – Armeni Carnival Company

KONKORS – Espressjoni ta’ Interess:

L-Ewwel Premju: ‘Mill-Frott Kollu Għażilt Tuffieħa Għax Rajtha Sabiħa’ ta’ Redeemer u Benny Casha – RNG Carnival Company

Il-konkorsi l-oħra tal-Karnival 2022 ser jiġu ppreżentati lill-pubbliku waqt attivitajiet karnivaleski li ser jsiru bejn il-Ġimgħa 20 u l-Ħadd 22 ta’ Mejju, 2022.