Bla viżjoni
L-ewwel wegħda li għamel kienet dwar l-ambent.
Apparti li Robert Abela u l-Gvern Laburista għandu zero kredibiltà dwar l-ambjent, din hija wegħda rriċiklata tal-Labour stess. Wegħda li mhux talli ma wettaqx, imma talli dal-Gvern se jibqa’ mfakkar għall-isfreġju li ħalla warajh u għan-numru rekord ta’ siġar li qaċċat.
Konferma li Abela bla viżjoni.

Slow
Għaddew għaxart ijiem minn mindu hu stess ħabbar id-data tal-elezzjoni u Robert Abela għadu ma nediex il-manifest elettorali tiegħu.
U sa issa, bil-coundtown għas-26 ta’ Marzu għaddej ġmielu, mhemmx ħjiel meta se jnedih.
Abela ‘slow’.

Reattiv
Wara li r-residenti Skalin heddew li jużaw il-vot tagħhom biex juru d-dizapprovazzjoni tagħhom għall-pjan tal-Gvern għall-marina, Abela għamel U-Turn.
U-Turn oħra wara dik tal-art ta’ Żonqor.
U-Turn oħra wara l-wegħda li se jagħti trattamenti u mediċini lill-koppji li għaddejni bl-IVF (issa minflok iridu joħorġuhom minn buthom, imbagħad suppost jitħallsu.
Abela indeċiż.

Dgħajjef
Wara x-show of force ta’ Joseph Muscat fid-diversi attivitajiet ta’ kandidati differenti tal-Labour, spikkat aktar id-djghufija ta’ Abela.
Żid ma din l-apparenza tiegħu – il-mod kif qed ilestulu t-tweġibiet miktubin għal kull mistoqsija possibbli li jagħmlulu l-ġurnalisti, u kemmil darba jidher iqalleb fil-karti biex jgħid preċiżament dak li kitbulu.
Dgħajjef ukoll fid-delivery tiegħu tad-diskorsi waqt attivitajiet tal-massa – tant li qed ikollu juża screen bid-diskorsi miktuba kelma b’kelma.
Jidher bla saħħa fil-konfront ta’ kandidati fuq l-istess distrett tiegħu – b’Miriam Dalli taħt it-tinda tintlaqa’ b’applawż ferm akbar minnu.
Minbarra l-ispettru ta’ Joseph Muscat, Abela qed jgħix dil-kampanja fid-dell ta’ missieru.
Abela mingħajr sinsla.

Jikkopja
Wara li l-PN nieda l-manifest tiegħu, Robert Abela beda joħroġ bi ftit wegħdi.
Kważi kollha kkuppjati minn fuq il-programm tal-Partit Nazzjonalista.
Abela bla ideat.

Għajjien
Fadal aktar minn tliet ġimgħat kampanja, u Robert Abela qed jidher għajjien u saħanistra qed jitlef il-vuċi f’xi okkażjonijiet.
Abela bla enerġija.

Jistaħba
Robert Abela qed jagħżel li jistaħba kemm jista jkun biex ma jkunx iffaċċjat b’mistoqsijiet skomdi, dwar ħafna u ħafna skandli Ii jinvolvu lilu, bħal dak tas-€17,000 fix-xahar mal-planning, u n-negozju ma’ allegat kriminal u klijent legali tiegħu stess.
Mar il-Junior College, u ma stedinx lill-ġurnalisti. Kuntrast qawwi għax-xalata li kien jagħmel il-predeċessur tiegħu f’okkażjonijiet bħal dawn.
U qed jaħrab jiġri fil-karozza, ġieli biex jivvjaġġa 50metru, l-aqwa li ma jaħrab lill-ġurnalisti.
Abela jaħrab il-mistoqsijiet.

Negattiv
Abela nieda l-kampanja tiegħu billi qal li kienet se tkun waħda pożittiva.
Li ried ifisser kien li se jagħmel kampanja sħiħa jattakka lill-Partit Nazzjonalista. Kull min segwa d-diskorsi tiegħu fl-aħħar għaxart ijiem jitlef kont ta’ kemmil darba jsemmi lill-PN.
Robert Abela negattiv.

Jgħix fil-passat
Robert Abela rnexxielu jreġġa’ lura l-Partit Laburista għall-jiem tal-Malta Labour Party.
Minbarra d-diskorsi aggressivi u mimlijin attakki u kliem dipreġġjattiv minnu u mill-kandidati tiegħu, anke l-ambjent taħt it-tined qed ikun wieħed li jfakkar fl-MLP tat-80ijiet – imkatar u nravajjet ħomor inklużi.
Abela rema’ l-‘moviment’ ta’ Joseph u reġa welled l-MLP.
Robert Abela jieħdok fil-passat.
