Lokali

Robert Abela jikkopja aktar proposti tal-PN

Jerġa' jwiegħed ħafna dwar l-IVF meta ma kienx kapaċi jżomm il-wegħdiet tiegħu stess ta' xhur ilu

Li kieku ma tisimgħux jitkellem, lanqas temmen.

Robert Abela reġa kkopja aktar proposti tal-PN, uħud minnhom tista’ tgħid kelma b’kelma.

Fil-Manifest Elettorali tiegħu, il-PN qed jipproponi lit ġenituri ta’ tfal sa 18-il sena jibbenefikaw minn €300 fis-sena meta jieħdu sehem fi programmi extra-kurikkulari fl-isport, il-performing arts u l-kultura u l-arti. Illum taħt it-tinda f’Santa Luċija ppropopona eżatt l-istess ħaġa.

Robert Abela kkopja l-proposta tal-PN dwar għotjiet għal attivitajiet extra kurikkulari

Hekk kif il-kampanja elettorali daħlet fl-10 jum tagħha, Robert Abela għadu ma nediex il-manifest elettorali tal-Partit Laburista, u allura qed jara kif jagħmel u jikkopja l-proposti li qed isib lesti fil-Manifest tal-Partit Nazzjonalista.

Proposta oħra kkupjata hija dik taż-żieda fl-istipendji, bid-differenza li l-PN qed jipproponi żieda ta’ 25% filwaqt li Robert Abela qed iwiegħed żieda ta’ 15%.

Intant wara li għal xhur sħaħ ħalla mijiet ta’ koppji li qed jieħdu t-trattament tal-IVF jitkarrbu għall-dak li wegħedhom hu stess – jiġifieri li t-trattament u l-mediċini kollha jkun b’xejn – u baqa’ sal-lum ma wettaqhiex, issa qed iwegħedhom li jekk jerġa’ jiġi elett, f’100 jum ibiddel il-liġi biex dawn ikunu jistgħu jagħmlu t-trattament barra minn xtutna.

Anke din photocopy tal-wegħda tal-PN.