Lokali

“Robert Abela qed jibqa’ ċass” – Helga Ellul

L-Imprenditriċi, Helga Ellul, f’messaġġ ċar ħafna saħqet li l-Partit Nazzjonalista qiegħed joħroġ ħafna proposti għall-ġid tal-ħaddiem, u qed juri li jinteressaħ ħafna min-negozji u l-impjegati tagħhom. Dan b’differenza għal li qed jagħmel il-partit li jqis ruħu tal-”ħaddiema”, il-Partit Laburista, li jidher li qed jinsa liż-żgħir.

Intervistata minn Dione Borg waqt il-programm Frontline fuq Net Television, Helga Ellul tkellmet ukoll dwar il-gwerra li għaddeja fl-Ewropa… Gwerra bejn l-Ukraina u r-Russja… li dwarha, Robert Abela baqa’ ċass.

Fl-aħħar sigħat, kompliet teskala l-pressjoni militari tar-Russi fl-Ukrajna u kompliet teskala l-pressjoni fuq Robert Abela biex jieħu azzjoni – azzjoni li s’issa baqa’ ma ħax.