Għal darb’oħra, il-Partit Nazzjonalista ngħata raġun hekk kif il-Gvern issa ħabbar li kien qed jissospendi l-applikazzjonijiet għall-bejgħ taċ-Ċittadinanza lil Russi u ċittadini tal-Belarus.
Fi stqarrija, il-Partit Nazzjonalista qal li Robert Abela messu għamel dan il-pass ferm qabel, iżda għażel li jilgħab għall-gallarija u kien biss wara li ġew adottati s-sanzjonijiet tal-Unjoni Ewropea li għażel li jagħmel dan.
Il-Partit Nazzjonalista qal li Abela reġa’ għamel dan il-pass mhux b’konvinzjoni iżda b’konvenjenza. Is-solidarjetà mal-poplu tal-Ukrajna kienet titlob li jagħmel dan il-pass ferm qabel u mhux jistenna lil ħaddieħor jgħidlu x’għandu jagħmel.
Il-Partit Nazzjonalista saħaq ukoll li għandhom isiru verifiki fuq iċ-Ċittadinanza mibjugħa lil Russi fl-aħħar xhur, hekk kif nafu li hemm każ kriminali quddiem il-Qrati dwar tixħim fil-bejgħ ta’ Ċittadninanza lil tliet persuni Russi, temmet tgħid l-istqarrija.
//= $special ?>