Roman Abramovich, il-ħabib ta’ Putin u s-sid ta’ Chelsea, tefa’ lil club għal bejgħ wara 20 sena fit-tmexxija tal-club minn Londra. Rapporti fil-media Ingliża qed jindikaw li Abramovich se jkun qed ibiegħ lil Chelsea għal madwar £3 biljuni.
Il-biljunarju Żvizzeru Hansjorg Wyss qal li ġie offrut ċ-ċans li jixtri l-club filwaqt li uffiċjali għolja fi ħdan il-club jidher li jippreferu li jkun sid Amerikan li jieħu f’idejh it-tmexxija tal-club.
Fl-isfond tal-gwerra fl-Ukrajna, Abramovich għadda t-tmexxija tal-club f’idejn il-fondazzjoni karitattiva ta’ Chelsea hekk kif jidher li hu wieħed mill-persuni li ntlaqtu minn sanzjonijiet b’saħħithom min-naħa tal-punent fl-aħħar jiem.
//= $special ?>