“Aħna miegħek fil-lokalità tiegħek. Gvern Nazzjonalista mmexxi minni se jtik kwalità ta’ ambjent kull fejn tkun”.
Dan kien il-messaġġ li wassal Bernard Grech waqt li kien qed iżur aktar lokalitjiet f’pajjiiżna. Illejla filfatt Bernard Grech żar il-lokalitajiet ta’ Santa Venera u Ħal Lija fejn ingħata laqgħat mill-isbaħ mir-residenti ta’ dawn iż-żewġt irħula.
Bernard Grech tkellem dwar kif ħafna nies li jiltaqa’ magħhom qed iħossuhom fgati minħabba l-mod kif Gvern Laburista abbanduna l-ambjent u aktar minn hekk wettaq sfreġju wara ieħor f’diversi lokalitajiet f’Malta u Għawdex.
Imdawwar mill-kandidati tal-Partit Nazzjonalista għall-elezzjoni li ġejja fuq iż-żewġ Distretti, Bernard Grech qal li Robert Abela m’għandux idea x’se jagħmel fl-ambjent. U allura mhux ta b’xejn qed jikkopja l-ideat li fassal il-Partit Nazzjonalista għas-snin li ġejjin fil-programm elettorali tiegħu.
Il-Kap tal-PN qal li l-lokalitatjiet, iċ-ċentri urbani kienu mħarsa dejjem minn Partit Nazzjonalista minkejja l-iżivilupp sostenibbli. F’Ħal Lija tkellem ukoll dwar l-għaqdiet volotnarji – il-każini tal-baned, tal-football, tan-nar, tal-isport oħrajn li qegħdin kontinwament iwettqu xogħol utli u fakkar kif il-PN ħaseb f’dawn ukoll fil-Programm Elettorali tiegħu.
Bernard Grech fakkar fil-proposta tal-PN li jiżdiedu l-istipendji imma wkoll fl-inċentiv li qed joffri l-Partit Nazzjonalista lil żgħażagħ li lesti jgħinu fl-għaqdiet finanzjarji li se jingħataw żieda ta’ 25% fuq l-istipendju tagħhom.


