Sport Sport Ieħor

Atleti mir-Russja u mill-Belarus huma pprojbiti milli jikkompetu fil-Paralimpiji tax-Xitwa f’Beijing

Dan tħabbar mill- Kumitat Paralimpiku Internazzjonali b’rabta mal-gwerra fl-Ukrajna. Skond l-istqarrija dan sar “Sabiex tkun ippriżervata l-integrità tal-Olimpijadi u s-sigurtà tal-parteċipanti kollha . Għalhekk huma rifjutati l-akkrediti ta’ atleti u uffiċjali mir-Russja u mill-Belarus “ .

Il-President tal-Kumitat Paralimpiku Internazzjonali Andrew Parsons ħabbar dan lejliet il-ftuħ ufficjali tal-Parolimpijadi f’Beijing . Kollox jindika li diversi Kumitati Paralimpiċi, timijiet u atleti kienu heddew li ma jikkompetux jekk l-atleti Russi u Belarussi jitħallew jikkompetu.

Il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali din il-ġimgħa kien ħeġġeġ lill-federazzjonijiet sportivi madwar id-dinja biex jeskludu atleti miż-żewġ pajjiżi. Intant atleti mill-Ukrajna waslu f’Beijing jumejn ilu.