Elezzjoni 2022 Lokali Proposti 2022

“F’idejk għandek iċ-ċavetta biex tiftaħ bieb ta’ opportunitajiet b’vot lill-PN” – Bernard Grech f’Ħal Qormi

"Meta ġo fik għandek il-ftila tat-tama, dik tagħtik il-kuraġġ"

“F’idejk għandek iċ-ċavetta li jiftaħ bieb ta’ opportunitajiet kbar. Użah biex il-Partit Nazzjonalista jkun jista’ jwettaq programm li jiftaħlek opportunitajiet kbar.” Hekk qal il-Kap tal-PN Bernard Grech hu u jitkellem f’Ħal Qormi.

Fid-diskors tiegħu, Bernard Grech qal li bla dubju, fiż-żewġ partiti hemm nies li jaħdmu bla heda. Iżda dwar in-nies li qegħdin madwaru, Grech qal li jista’ jagħti garanzija li dawn qegħdin hemm biex verament jaħdmu għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi kollu.

Il-Kap tal-PN qal li ma’ kull laqgħa li qed ikollu ma’ assoċjazzjonijet u msieħba soċjali, il-Kap tal-PN qal li qed ikollu appelli biex jagħmel dak li jista’ biex joħroġ lil pajjiżna kemm jista’ jkun malajr.

Iżda hu qal li anke meta noħorġu mill-greylist, se jkolna nkomplu naħdmu biex nerġgħu inġibu lura isem pajjiżna. Dan, qal Grech anke għall-ġid taż-żgħażagħ tagħna, li bħalissa jridu jitilqu minn pajjiżna.

Bernard Grech stqarr li llumiltaqa’ ma’ tlett żgħażagħ – barrani u żewġ Maltin – li qed jaħdmu fuq proġett kbir f’wieħed mis-setturi li l-PN iridu jġibu f’pajjiżna. Il-Kap tal-PN qal li dawn iż-żgħażagħ kienu entużjasti għall-proposti tal-PN li huma proposti li se jġibu industriji ġodda li ma jagħmlu l-ebda ħsara lill-ambjent u se jtejjbu l-qagħda finanzjarja ta’ pajjiżna.

Il-Kap tal-PN spjega kif Partit Nazzjonalista trasformat qed juri lil kulħadd kif se jwettaq il-ġid u kif se jagħti lill-poplu Malti kwalità ta’ ħajja aħjar.

Grech qal li filwaqt li l-PN ilu li nieda l-Programm Elettorali tiegħu, il-Labour fadlilhom tliet għodda biss – il-gideb, il-photocopier u l-flus tal-poplu li qed jużaw bl-għama biex jippruvaw jikkonvinċu li huma l-aħjar għażla.

Bernard Grech reġa’ tkellem dwar l-IVF – suġġett li hu għal qalbu ferm – għax għandnan nkunu lkoll sensittivit għal min qed isib diffikultajiet biex ikollu t-tfal.

Hu fakkar kif l-unika roadmap tal-Labour kienet biss kif se jimlew bwiethom u daqsekk. Grech qal li l-Partit Laburista, issa għax qiegħed dahru mal-ħajt qed jgħid li l-politiċi kollha l-istess. Dan, qal il-Kap tal-PN, mhux minnu u anke fil-Labour hemm elementi tajbin, imma fil-PN l-elementi huma kollha tajbin.

Bernard Grech qal li biex inkomplu nattiraw investiment anke barrani, u biex jimxi kulħadd il quddiem, hemm bżonn il-vot tan-nies, u b’umiltà talab il-voti tal-elettorat.

“Inutli tgħid li ma tiflaħx aktar l-arroganza ta’ Robert Abela u l-Ministri tiegħu, li xbajt mill-korruzzjoni, li xbjat tħossok fgat. Biex tibdel dan kollu, int trid toħroġ tivvota. Int min int, ħossok li għandek dmir u f’idejk għandek iċ-ċavetta biex tiftaħ bieb ta’ opportunitajiet li dan il-partit għandu jekk int tafdah biex imexxi dan il-Gvern”.

Partit Nazzjonalista dejjem kellu viżjoni ċara dwar kif se jinħoloq il-ġid. Hawnhekk hu esprima l-apprezzament tiegħu lejn il-bidwi, il-bennej u kull ħaddiem li jbati biex flimkien ikomplu jwettqu l-aspirazzjonijiet ta’ dan il-pajjiż.

Grech irrefera għall-proposti tat-3D printing u tal-Metaverse u qal kif dawn huma opportunitajiet kbar għal pajjiżna u li jistgħu jintużaw anke f’oqsma kruċjali bħal dak tas-saħħa. Hu fakkar li bil-vot ilkoll għandna l-opporunità li ntejbu l-ħajja ta’ xulxin.

Il-poter, qal Bernard Grech, hija responsabbiltà kbira, filwaqt li saħaq li jekk jingħata l-fiduċja, hu se jkun qed juża dik l-għodda b’responsabbilta kbira bħal ma jagħmel missier ta’ familja.

Il-PN, qal Grech, welled id-demokrazija u appella lil kull persuna ‘int min int, uża s-saħħa demokratika tal-vot biex tkompli titwettaq il-viżjoni tal-PN’.

Bernard Grech għalaq id-diskors b’appell lill-Laburisti u qal li filwaqt li għad hemm Laburisti li għadhom kuntenti bil-Gvern preżenti, hemm ħafna li jinsabu mweġġgħin b’dak li għamel l-uħud li ħatfu – uħud fil-Partit Laburista li użaw il-poter biex jaħtfu – u fl-appell tiegħu qal li bħal ma forsi kien hemm min fehem li l-Ewropa kienet l-aħjar triq għal dan il-pajjiż, u ż-żmien tah raġun, illum sib il-kuraġġ biex jew għall-ewwel darba, jew wara żmien, jerġa’ jivvota lill-PN.”

“Dak il-vot mhux, vot għall-PN imma vot għalik, għall-familja, vot għal Malta”