Il-konsulenti mal-Presidenza tal-Ukrajna, issa, ikkonfermaw, li l-uffiċjali ta’ Kiev u r-rappreżentanti tar-Russja bdew fażi oħra ta’ taħditiet li qed isiru fil-Belarus
L-aġenda għal dawn it-taħditiet delikati jinkludu trattativi għal waqfien mill-ġlied immedjat fl-Ukrajna u l-possibbiltà ta’ armistizju.
Intant, l-aktar aspett kruċjali tat-taħditiet għandu jinvolvi r-rotot ‘umanitarji’ għall-evakwazzjoni taċ-ċivili mill-bliet u villaġġi tal-Ukrajna li qed ikunu suġġetti għall-bumbardamenti terribbli mill-qawwiet tar-Russja.
//= $special ?>

