Ir-rappreżentanti Ukreni li qed jiddiskutu s-sitwazzjoni tal-gwerra mal-avversarji Russi qalu li n-naħat waslu fi ftehim għall-ħarsien tar-rotot li minnhom jistgħu jkunu evakwati ċ-ċivili Ukreni li jridu jaħarbu mill-ġlied.
Il-ftehim jidher li jesiġi biex l-Ukreni u r-Russi ‘jissieħbu’ fl-impenn għall-protezzjoni taċ-ċivili fost l-evakwazzjoni. Impenn ieħor hu biex jitwasslu l-ikel u l-mediċini lejn iz-zoni tal-Ukrajna karatterizzati mill-agħar battalji.
Issemmiet ukoll possibbiltà ta’ waqfien mill-ġlied temporanju għal żmien l-evakwazzjoni f’ċerti setturi tal-Ukrajna.
Il-kelliema għar-Russja qalu, sadanittant, li kien possibbli li jintlaħaq ftehim dwar ‘xi aspetti’ waqt in-negozjati u li r-Russi huma disposti li jsalvaw liċ-ċivili li sabu ruħhom f’nofs il-battalji.
//= $special ?>

