Ir-reġjuni Ukreni tan-nofsinar qed iservu bħala front difensiv kritiku għal kontra l-avvanzi tal-qawwiet Russi u kapaċi jfissru d-differenza bejn suċċess jew falliment tal-invażjoni.
Intant, il-Kremlin ta’ Moska ddeċieda biex iżid l-assedju fuq numru ta’ bliet f’dawn ir-reġjuni li huma importanti ferm għall-qawwiet tar-reżistenza u bħala parti minn strateġija ġdida.
Sadanittant, il-kapitali Ukrena Kiev għadha f’idejn il-Gvern tal-President Volodymr Zelensky. F’din is-sitwazzjoni, konvoj magħmul minn għexieren ta’ tankijiet tal-gwerra Russi għadu pjuttost ‘il bogħod miċ-ċentri urbani tal-belt – għalkemm is-sitwazzjoni kapaċi tinbidel fi kwalunkwe ħin.
//= $special ?>

