L-Ambaxxatur tal-Istati Uniti għan-Nato, Julianne Smith, qalet li n-NATO mhix tikkunsidra li twaqqaf no-fly zone fuq l-Ukrajna bi tweġiba għall-aggressjoni tar-Russja kontra dan il-pajjiż.
Hi sostniet ukoll li l-Alleanza tal-Punent ‘sa dan il-punt’ ma temminx li għandha tissieħeb fil-konflitt partikulari.
Iżda filwaqt li l-Ukrajna mhix membru tan-NATO, l-Alleanza xorta waħda qed tipprovdilha ammont kbir ta’ għajnuna militari u daqstant ieħor umanitarja.
In-NATO ilha mill-bidu tal-invażjoni taħt pressjoni biex tintroduċi no-fly zone biex twaqqaf lir-Russja milli tuża l-ajruplani tal-gwerra tagħha bħala appoġġ għat-truppi ta’ Moska. Madankollu, ħafna, fil-Punent, qed iwissu li pass bħal dan kapaċi jwassal għal gwerra aktar mifruxa u li tispiċċa ‘il hinn sew mill-Ukrajna, fost il-konsegwenzi katastrofiċi ‘għal kulħadd’.
Fl-istess ħin, l-Alleanza tan-NATO għandha funzjoni ta’ difiża u Julianne Smith irrepetiet li n-NATO mhix lesta tikkomprometti l-politika tagħha li ‘tħalli l-bieb miftuħ’ għall-pajjiżi membri ġodda prospettivi li ġejjin mill-Ewropa.
//= $special ?>

