Il-Qorti Kriminali Internazzjonali f’The Hague qed tiġbor provi li jistgħu jitfgħu dawl fuq ir-reati tal-gwerra potenzjali li qed iseħħu bħalissa fl-Ukrajna.
Il-prosekutur ewlieni tal-qorti, Karim Khan, qal li qed jibda investigazzjoni immedjata wara l-appelli minn 39 pajjiż.
L-investigazzjoni titratta allegazzjonijiet ta’ ġenoċidju u reati kontra l-umanità waqt li se tikkonċentra wkoll fuq l-hekk-imsejjaħ ‘land grab’ tal-2014, meta r-Russja kienet ħatfet il-Krimea lill-Ukrajna u għaqqditha ma’ artha.
Khan qal li hu importanti ħafna li l-investigazzjoni ssir għaliex ‘id-direttivi ta’ Gvern biex isiru l-attakki kontra ċ-ċivili ta’ pajjiż ieħor jammontaw biċ-ċar għal reat tal-gwerra ewlieni’.
//= $special ?>

