Internazzjonali

Il-Gwerra tal-Ukrajna: L-Ungerija wkoll tista’ tlaqqa’ taħditiet għall-paċi

Viktor Orban

Il-Prim Ministru tal-Ungerija, Viktor Orban, irrepeta li pajjiżu huwa lest biex jilqa’ proċess għal taħditiet ta’ paċi bejn ir-rappreżentanti tar-Russja u l-Ukrajna.

Filwaqt li hemm il-possibbiltà li t-taħditiet isiru, Orban – li sa ftit ilu kien qrib ħafna tal-Kremlin – sostna bla tlaqliq li ‘ir-Russja għandha r-responsabbiltà ewlenija biex ittemm il-gwerra mal-Ukrajna’.

Fil-passat, Orban kellu relazzjonjiet mill-aqwa mal-President Russu Vladimir Putin u fejn spikkaw ħdax-il laqgħa bejn dawn iż-żewġ mexxejja fi tnax-il sena.

Fl-istess ħin, il-Gvern Ungeriż ta’ Orban kellu relazzjonijiet diffiċli mal-Ukrajna minħabba liġi Ukrena li tirrigwarda l-lingwa u li skont l-Ungerija qed tiddiskrimina kontra l-minoranza mdaqqsa tal-Ungeriżi residenti fl-Ukrajna.