Qed tiżviluppa traġedja umana oħra fil-belt Ukrena ta’ Mariupol — maġenb ix-Xmara Dnieper — li tinkorpora port strateġiku.
Dan waqt li l-eluf tar-residenti spiċċaw maqbudin fi djarhom jew f’postijiet oħra ta’ kenn fost il-bumbardamenti intensivi tal-artillerija Russa.
F’Mariupol qed jgħixu mal-430,000 resident u bħalissa din il-belt tinsab iċċirkondata mill-qawwiet ta’ Putin minkejja r-reżistenza feroċi tad-difensuri.
Jekk din il-belt taqa’ lir-Russi, il-qawwiet ta’ Moska jkunu jistgħu jikkontrollaw rotta diretta bejn il-Lvant tal-Ukrajna u l-penisola tal-Krimea li t-tnejn huma diġà f’idejn l-Armati ta’ Putin u l-milizzji alleati ta’ miegħu.
//= $special ?>

