Il-President tar-Russja, Vladimir Putin, informa lill-President ta’ Franza Emmanuel Macron li r-Russja se tkompli bl-azzjonijiet sakemm tilħaq l-iskopijiet tagħha — f’dan is-sens ‘id-demilitarizzazzjoni sħiħa tal-Ukrajna’ u t-twettiq ta’ programm ‘biex dan il-pajjiż jeżisti bħala Stat newtrali’.
Putin qal ukoll, waqt it-telefonata, li ‘dawn huma l-miri prinċipali tal-invażjoni’.
Madankollu — u fi twissija ċara lill-Punent — Putin qal li kwalunkwe tentattiv mill-Ukrajna biex titfa’ lura n-negozjati jservi biss biex Moska ‘tkompli żżid mal-lista tad-domandi’.
Fl-istess ħin, Vladimir Putin sostna li ma jaqbel ‘xejn’ mal-aħħar diskors ta’ Macron, fejn il-President Franċiż sostna li l-Mexxej Russu għandu jġorr responsabbiltà ‘waħdu’ għal din il-gwerra fl-Ewropa.
//= $special ?>

