Internazzjonali

Il-Gwerra tal-Ukrajna: Referenza oħra għal ‘konflitt nukleari’

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin tar-Russja, Sergei Lavrov wissa li f’każ li tinqala’ Tielet Gwerra Dinjija, il-ġlied għandu jsir ukoll ‘fuq livell nukleari’.

Intant. Lavrov qal li Moska – u pajjiżu – mhumiex qed jaħsbu f’dan it-tip ta’ xenarju apokalitiku. Madankollu, il-Ministru Russu – wieħed mill-eqreb kollegi tal-President Vladimir Putin – qed jakkuża lill-Ukreni b’li għandhom fil-pussess ‘teknoloġiji nukleari minn żmien l-eks Unjoni Sovjetika flimkien mal-mezzi biex jiżviluppaw l-armi li huma projbiti mit-trattati’.

Fl-istess ħin, Lavrov qal li r-Russja għadha tiffaċċja ‘periklu kbir’ f’sitwazzjoni fejn l-Ukrajna kellha tikseb l-armamenti nukleari.