Internazzjonali

Il-Gwerra tal-Ukrajna: Zelensky jitlob lil Putin għal taħditiet diretti

Waqt li l-kalvarju tal-Ukrajna qed ikompli, il-President Ukren Volodymyr Zelensky qed jinsisti għal taħditiet diretti mal-President tar-Russja Vladimir Putin bħala ‘l-uniku mezz biex iwaqqfu din il-gwerra’.

Zelensky, li deher viżibbilment kommoss waqt l-appell, qal li pajjiżu ‘la qed jattakka u lanqas mhu jippjana biex jattakka lir-Russja’. Hu, fl-istess ħin staqsa ‘xi trid ir-Russja minn pajjiżu’ waqt li insista biex il-qawwiet Russi jitilqu minn artu .

Fl-istess ħin, Zelensky insista biex — f’każ ta’ kwalunkwe laqgħa ma’ Putin — iż-żewġ mexxejja ma jpoġġux ‘xi 30 metru ‘il bogħod minn xulxin’, bħal meta Putin, jiem ilu, iltaqa’ f’Moska mal-President Franċiż Emmanuel Macron li kellu joqgħod fit-tarf ta’ mejda twila ħafna u ‘il bogħod sew mill-mexxej Russu,,