Lokali

IVF: Wara li ma żammx il-wegħdi li għamel hu stess, Robert Abela jerġa’ jikkopja l-proposta tal-PN

Għaldarboħra, Robert Abela reġa’ għażel li juża’ lill-koppji li bħalissa għaddejjin minn żmien iebes biex jiskurja punti politiċi. Dan wara li l-istess Abela falla milli jżomm il-wegħdi li għamel hu stess xhur ilu, u ħalla mijiet ta’ koppji jippruvaw ifendu għald rashom u joħorġu eluf kbar ta’ ewro minn bwiethom.

Il-PN f’April li għadda tkellem dwar l-isfidi kbar li qed jiffaċċjaw koppji li ma jistgħux ikollhom tfal b’mod naturali, li minbarra din il-weġa’, kienu wkoll qed iġorru l-piż ta’ spejjeż kbar li jidħlu fl-eluf għat-trattament u l-mediċini li suppost kienu b’xejn.

Wara li Bernard Grech kien leħħen it-tbatijiet ta’ dawn il-koppji u poġġa pressjoni fuq il-Gvern, f’Ġunju, Robert Abela ħareġ iwiegħed li mill-2022, kull trattament u mediċini marbuta miegħu tingħata b’xejn.

Iżda din il-wegħda baqa’ ma żammhiex, biex imbagħad spiċċa għamel u-turn u qallhom li jridu joħorġu l-flus minn bwiethom, imbagħad jitolbu rifużjoni ta’ dak li nefqu. U anke hawn, kollox fl-arja… hekk kif sa issa mhemmx dettalji ta’ kif dan irid isir.

Issa, kif ninsabu f’nofs kampanja elettorali, Abela reġa’ dar fuq dawn il-koppji, u qed iwegħedhom li fl-ewwel 100 jum se jbiddel il-liġijiet marbuta mal-IVF fi proposta kważi kelma b’kelma minn proposta tal-PN.

Il-proposti tal-PN li minnhom ikkopja Robert Abela

Tags