Lokali

Raġel ta’ 28 sena l-isptar wara li qala’ daqqa ta’ sikkina, u ieħor ta’ 21 arrestat

Raġel ta’ 28 sena minn Ħaż-Żebbuġ ittieħed l-isptar Mater Dei wara li qala’ daqqa ta’ arma taqta’ u bil-ponta lbieraħ waranosinhar.

L-aggressjoni seħħet fi Triq Nicolò Isouard, u għall-ħabta tas-2.00pm il-vittma daħal l-għassa tal-Ħamrun u allega li kien għadu kif ġie aggredit minn raġel ieħor.

Minħabba li r-raġel kellu xi ġrieħi, il-Pulizija talbet l-assistenza medika u ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.

Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

B’rabta ma’ dan il-każ il-Pulizija arrestat raġel ta’ 21 sena residenti l-Marsa stess.

Huwa ttieħed fl-eqreb Ċentru tas-Saħħa minħabba li rraporta li huwa wkoll sofra xi ġrieħi waqt dan l-argument. Huwa kien iċċertifikat li sofra minn ġrieħi ħfief.

Ir-raġel ta’ 21 sena qed jinżamm fil-Lock up tal-Pulizija l-Furjana u mistenni jitressaq il-Qorti
fil-jiem li ġejjin.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin