F’żewġ każi separati, id-Dwana rnexxilha taqbad €30,373 fi flus mhux iddikjarati fil-port u fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
Fl-ewwel każ, Rumen twaqqaf mill-Uffiċjali tad-Dwana fil-port fejn fi tfittxija bla ħsieb instabu fuqu €11,445 fi flus kontanti mhux iddikjarati. Hu kien sejjer lejn Sqallija.
Fit-tieni każ, fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, il-kleb Charlie xamm total ta’ €18,928 fi flus mhux iddikjarati. Il-passiġġier li kien qed iġorr il-flus, Svediż li kien sejjer lejn it-Turkija, oriġinarjament qal li kellu fuqu total ta’ €15,000.
Iż-żewġ passiġġieri ġew offruti qbil barra l-Qorti, fejn dawn qablu u ħalsu multa.
//= $special ?>