“Għadna pjan ta hidma lest biex nimplimentawh mill-Gvern… preparajna viżjoni tajba ta kif irridu nimxu imma nibqghu miftuhin ghal aktar ideat biex nibqghu intejjbu din il-vizjoni li ahna ghandna specjalment fis-settur edukattiv.”
Hekk saħaq il-Kap tal-PN Bernard Grech f’laqgħa li saret fid-Dar Ċentrali mal-Union tal-Għalliema – l-MUT.
Bernard Grech wiegħed li taħt Gvern Nazzjonalista “mhux se jkollok Ministru li jinbidel kull ftit xhur kif kellna fl-aħħar snin taħt Gvern Laburista. Il-Kap tal-PN saħaq li Gvern immexxi minnu mhux se jħalli l-incertezza li ħalla Robert Abela.
Dan meta saħaq li għall-PN “l-edakzzjoni mhux loghba, imma settur importanti hafna li fih, apparti eluf ta’ haddiema, l-edukaturi huma ta’ importanza kbira għaliex jiffurmaw il-ġenerazzjonijiet futuri.
Il-Kap tal-PN saħaq bl-aktar mod ċar, li l-viżjoni tiegħu għall-futur tal-edukazzjoni f’pajjiżna hija waħda li tiffoka aktar fuq l-analitika u l-ħsieb kritiku. Dan filwaqt li jkun hemm aktar inklużjoni ta’ kultura, arti u sport li Bernard Grech jemmen b’mod sħiħ li huma parti importanti mill-iżvilupp tal-persuna.
Minn naħa tiegħu, il-President tal-MUT, Marco Bonnici preżenta dokument b’madwar 60 proposta li jinkorporaw l-edukazzjoni sa mill-ikċen età u tibqa’ tiela sa’ edukazzjoni fl-università.
Marco Bonnici saħaq li l-Union għandha vizjoni ghas-settur għaliex tkun f’kuntatt kontinwu mal-membri u l-istakeholders.
Filfatt dan wasal għal ħsieb ta’ ‘Malta Education’ fejn qed ikompli l-proċess li tnieda sentejn ilu fejn titħares il-possibilità ta’ trasformazzjoni ta’ dan is-settur.
Il-President tal-MUT saħaq li jrid li jagħmlu qabza fis-snin li gejjin, u se jħarrsu lejn il-possibiltà li jinqalaw minn maċ-ċivil u tkun iffurmata entitajiet. Dan bil-ħsieb li jindirizzaw sfidi tal-lum u ohrajn li gejjin fis-snin li gejjin biex tingħata aktar sahha lill-edukaturi.
Jakkumpanjaw lill-Kap tal-PN waqt din il-laqgħa kien hemm il-kandidati tal-PN Justin Schembri, Julie Zahra u Stefan Caruana.
//= $special ?>