Il-Kunsill tad-Drittijiet Umani tan-Nazzjonijiet Uniti approva riżoluzzjoni li tikkundanna l-invażjoni tal-Ukrajna mill-qawwiet tar-Russja. Ir-riżoluzzjoni anki tippermetti għal kummissjoni biex tinvestiga allegati reati tal-gwerra u reati kontra l-umanità fl-artijiet Ukreni.
F’dan il-vot, ir-Russja spiċċat ‘kważi waħedha kontra d-dinja’ – bl-Eritrea biss tivvota kontra r-riżoluzzjoni. It-twaqqif ta’ kummissjoni għall-inkjesta (bħal tas-Sirja) ifisser l-ogħla livell ta’ investigazzjoni li jista’ jordna l-Kunsill. Hu minnu wkoll li r-riżultat tal-vot – bi 32 favur ir-riżoluzzjoni u tnejn kontra – qed jitqies bħala umiljazzjoni kbira għar-Russja.
Dan ukoll wara li astjenew iċ-Ċina, Kuba u l-Veneżwela – tliet pajjiżi li s-soltu jappoġġjaw lir-Russja waqt voti simili fuq livell internazzjonali.
//= $special ?>