Il-President tal-Bank tad-Dinja qal li l-gwerra fl-Ukrajna qed tiżvolġi f’katastrofi għad-dinja f’termini ekonomiċi u meta qed taffettwa l-iżvilupp tal-ekonomiji ta’ diversi pajjiżi,.
Fil-fatt, David Malpass qal li l-gwerra fl-Ukrajna ‘waslet fi tmiem partikularment ħażin għad-dinja li qed tirkupra mill-effetti tal-pandemija fuq l-ekonomiji u għaliex l-inflazzjoni qed terġa’ togħla.’
Madankollu, Malpass għamilha ċara li l-akbar tħassib tiegħu hu dwar it-telf tal-ħajja allarmanti waqt l-invażjoni tal-Ukrajna mill-Armati ta’ Vladimir Putin — fost indikazzjonijiet li nqatlu l-eluf taċ-ċivili.
Il-President tal-Bank tad-Dinja spjega li l-impatt ekonomiku tal-gwerra qed jinħass ‘il hinn sew mill-fruntieri tal-Ukrajna, speċjalment fejn jidħlu l-prezzijiet tal-enerġija fuq livell globali — ‘b’din is-sitwazzjoni qed tolqot l-aktar lill-foqra u oħrajn li bilkemm qegħdin ilaħħqu mal-ħajja’.
Il-gwerra fl-Ukrajna anki xprunat il-prezzijiet tal-ikel, b’uffiċjali bħal Malpass jinsabu preokkupati ħafna dwar l-impatt — l-hekk-imsejjaħ ‘ripple effect’ — għan-nies li qed jgħixu fl-ifqar pajjiżi.
//= $special ?>