Internazzjonali

Il-Gwerra tal-Ukrajna: Lejn aktar taħditiet għall-waqfien mill-ġlied fi tmiem il-ġimgħa

L-Uffiċjali tal-Ukrajna u r-Russja, fi tmiem il-ġimgħa, mistennija jidħlu għal aktar taħditiet bil-għan li jwaqqfu l-gwerra fl-artijiet Ukreni.

Il-konsulenti għall-Gvern ta’ Kiev qalu li li r-rawnd li jmiss tat-taħditiet jistgħu jsiru s-Sibt jew l-għada l-Ħadd u meta mifhum li l-kuntatti bejn in-naħat avversarji ‘mhumiex qed jieqfu’.

Fl-ewwel rawnd tat-taħditiet, l-uffiċjali tar-Russja u l-Ukrajna kienu ltaqgħu f’zona mal-fruntiera tal-Ukrajna mal-Belarus, bi ftit li xejn żblokki notevoli għas-sitwazzjoni.

Intant, ir-Russja, waqt it-tieni laqgħa, qablet dwar il-ħtieġa għall-waqfien mill-ġlied temporanju qalb iz-zoni indikati għat-trasferiment ta’ ċivili lejn inħawi anqas perikolużi. Madankollu, l-Ukrajna qalet li r-riżultat tal-aħħar fażi tat-taħditiet ‘ma kienx dak li xtaqet jew li kienet qed tistenna’.