L-Istazzjon Britanniku BBC qed jissospendi, temporanjament, il-ħidma tal-ġurnalisti tiegħu fir-Russja meta l-Kremlin, issa, iddikjara ‘gwerra’ anki fuq il-media indipendenti f‘pajjiżu.
Intant, id-deċiżjoni tal-BBC u ta’ entitajiet oħrajn tal-istampa ttieħdet minħabba liġi ġdida li permezz tagħha, il-Gvern Russu qed jhedded li jitfa’ il-il-ħabs kulmin (fir-Russja) ‘jidher li qed iferrex l-aħbarijiet qarrieqa dwar l-invażjoni tal-Armata Russa u r-riżultati għall-qawwiet ta’ Vladimir Putin.
Id-Direttur-Ġenerali tal-BBC, Tim Davie, qal li l-leġislazzjoni tar-Russja qed tidher intiża biex titratta l-ġurnaliżmu indipendenti daqslikieku aġir kriminali.
Dan meta l-Kremlin f’Moska qed joġġezzjona għar-rapporti li jirreferu għall-‘gwerra fl-Ukrajna’ meta jinsisti li l-attakki mill-qawwiet tiegħu fuq l-Ukreni jridu jitqiesu bħala ‘parti minn kampanja militari speċjali’,
Intant, l-aħbarijiet tal-BBC bir-Russu se jibqgħu jixxandru minn barra r-Russja.
Dan meta entitajiet oħra tal-aħbarijiet bħal Deutsche Welle, Meduza u Radio Liberty ukoll spiċċaw bis-sservizzi limitati fir-Russja.
//= $special ?>

