Hekk kif il-gwerra bejn ir-Russja u l-Ukrajna daħlet fid-disa’ jum, fl-aħħar ħin waslet l-aħbar li t-truppi Russi hatfu impjant nukleari fin-naħa t’isfel tal-Ukrajna. L-impjant f’Zaporizhzhia hu meqjus l-akbar impjant nukleari fl-Ewropa.
Is-servizzi tal-emerġenza fl-Ukrajna kkonfermaw li rnexxielhom jitfu n-nirien li qabdu f’bini barra mill-perimetru tal-impjant, iżda l-awtoritajiet jgħidu li t-truppi Russi ħatfu l-impjant. Fortunatament ġie kkonfermat ukoll li ma ġiet irrapurtata l-ebda vittma wara din l-isplużjoni.
Il-President tal-Ukrajna Volodymyr Zelenskyy wisa li hemm bżonn ta’ “azzjoni urġenti” sabiex tiġi protetta l-infrastruttura tal-enerġija tal-pajjiż, filwaqt li appella għall-għajnuna urġenti mill-Ewropa hekk kif is-sitwazzjoni fil-pajjiż aktar kemm jgħaddi ħin aktar qed tigrava.
Il-mexxejja tad-dinja qed jakkużaw lill-President tar-Russja Vladimir Putin li qed jipperikola s-sigurtà tal-kontinent kollu. Min-naħa tiegħu, il-Prim Ministru tar-Renju Unit Boris Jonson saħaq li l-attakk imprudenti tal-forzi Russi qiegħed jhedded direttament is-sigurtà tal-Ewropa kollha, filwaqt li l-President Amerikan Joe Biden tenna li l-attakki orribbli għandhom jieqfu minnufih.
//= $special ?>