F’attività bit-tema “Miegħek” fil-Gudja, il-Kap tal-PN Bernard Grech qal li filwaqt li ħaddieħor qiegħed kontinwament jaħrab mill-media, u jevità l-ġurnalisti, “aħna ngħidulkom fejn se nkunu għaliex kburin b’dak li għandna għalikom u rridu niltaqgħu miegħek biex il-pjan tagħna nwettquħ flimkien.”
Il-Kap tal-PN saħaq li kif wiegħed hu ser ikompli jkun miegħek fil-lokalità tiegħek, fuq il-post tax-xogħol, “miegħek biex nagħtuk is-soluzzjonijiet, se nghinuk tlaħħaq mal-għoli tal-ħajja għaliex għandna l-obbligu li ngħinuk.” Dan filwaqt li Robert Abelu ilu ġimgħat sħaħ jgħid li ma jista jaghmel xejn dwar l-għoli tal-ħajja. Minn naħa l-oħra, il-PN ilu jgħid u juri kif nistgħu nindirizzaw din il-pjaga tal-għoli tal-ħajja. “Jekk int itina l-fiduċja hekk se nkunu qed nagħmlu. Biex inti tlaħħaq mal-ħajja, biex il-pensjoni sservik iżjed, biex il-paga isservik iktar u ma jkollokx għalfejn taħdem sigħat twal. Biex nagħmlu dan hemm bżonn li int tagħtina l-fiduċja.”
Bl-aktar mod ċar, Bernard Grech wassall messaġġ b’saħħtu fejn qal “ejja nħarrsu ‘l quddiem, irrid nipprova nikkonvinċik, vot lill-PL ifisser aktar arroganza, aktar tkaxkir ta’ saqajn mingħajr ma jieħu deċiżjoni.” Dan meta għadda iktar minn terz tal-kampanja elettorali u l-PL għadu mingħajr programm elettorali. Il-Kap tal-PN staqsa “Jekk ma kontx preparat li tmur għal elezzjoni, mort ghalija minghajr pjan, u issa qed tikkopja lil ħaddiehor, għalfejn mort daqsekk malajr ghall-elezzjoni ġenerali? X’taf iktar? Se tafda pajjiż f’idejn persuna mingħajr pjan?
Il-Kap tal-PN saħaq li “vot lill-PN biss jista’ jagħtik is-serħan tal-moħħ li int u wliedek ikolkom kwalità ta’ ħajja aħjar, futur aħjar fost l-oħrajn b’10 setturi ekonomiċi ġodda.”
Meta kien qed jindirizza l-persuni li nġabbru quddiem il-każin tal-PN fil-Gudja, Bernard Grech sellem il-memorja ta’ Raymond Caruana. Din l-attività ixxandret ukoll fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ Bernard Grech u tal-PN.
//= $special ?>