Elezzjoni 2022 Lokali

“Jien, flimkien miegħek irrid nagħmel il-ġid għal Malta” – Bernard Grech

“Qed nagħmlu ġid mill-Oppożizzjoni, aħseb u ara kemm nistgħu nagħmlu ġid jekk niggvernaw lil dan il-pajjiż”

Messaġġ b’saħħtu mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech waqt attività politika li saret fil-lokalità ta’ Ħaż-Żabbar.

Huwa qal li kulħadd għandu xewqa sabiex dan il-pajjiż ikolli l-aħjar. Wara ġimgħatejn ta’ kampanja elettorali għandna Partit Laburista li għadu ma ppreżentax il-programm elettorali tiegħu.

Saħaq li l-PN ressaq il-proposta ta’ fond ta’ 40 miljun ewro biex jittaffa’ l-piż tal-għoli tal-ħajja. Iżda quddiem din ir-realta, għandna Gvern li ilu jisraq lill-poplu għal diversi snin fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma, PN fil-Gvern iwiegħed li jagħti lura dan is-serq li sar fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma.

Bernard Grech qal vot lil Robert Abela jfisser li lill-poplu jibqa’ jitrattah iktar bl-addoċċ u jibqa’ ma jikkonsulta ma ħadd.

Huwa qal li l-kandidati kollha tal-Partit Nazzjonalista jridu biss li l-poplu jkollu l-aħjar. Saħaq li lkoll flomkien irridu naħdmu biex ikollna pajjiż aktar seren u sigur.

Bernard Grech tkellem fuq l-għaxar setturi ekonomiċi ġodda li se joħqlo gvern ġdid Nazzjonalista. Huwa minn dejjem wiegħed li se jgħaqqa partit u hekk għamle, fejn illum għandna Partit Nazzjonalista magħqud li huwa kommess li jaħdem sabiex joħroġ lil pajjiżna mil-lista l-griża.