Elezzjoni 2022 Lokali

“Meta nibqgħu determinati nagħmlu l-ġid” – Bernard Grech

Meta kien qed jindirizza attività bit-tema “Miegħek” f’Marsaskala, il-Kap tal-PN Bernard Grech fakkar kif il-PN diġa qed jagħmel id-differenza fil-ħajja tan-nies anke meta fl-Oppożizzjoni. Waħda mill-eżempji ta’ dan hija l-pressjoni li saret fuq il-Prim Ministru biex ma jsirx il-proġett tal-Marina f’Marsaskala fejn spiċċa biex kellu jagħmel u-turn. Bernard Grech saħaq li “tajna vuċi u llum l-istorja tatna raġun għaliex Robert Abelu kellu jċedi għall-pressjoni. “Meta aħna nibqgħu determinati nagħmlu l-ġid.”

Dawn il-kummenti ta’ kuraġġ ta’ Bernard Grech f’Marsaskala jaslu ftit ġimgħat wara li Robert Abela ried jaħtaf il-bajja ta’ Marsaskala iżda kelli jċedi għall-pressjoni li saret minn diversi residenti, NGOs, u l-PN. “Kemm iktar nistgħu nagħmlu ġid jekk inti tafdana immexxu dan il-pajjiż.”

Il-Kap tal-PN stqarr li jifhem li jista’ jkun “għandek diffikultà biex tafdana jekk inti laburist jew jekk m’għandekx kulur politku imma din hi l-għażla li għandek quddiemek, mhux jekk tagħżilx lill-PN, imma jekk tridx tagħzel lilek innifsek, l-interessi tiegħek u tal-lokalità tieghek. Tridx lil xi ħadd li ma jisma minn ħadd u jiddeċiedi tard jew tridx lil xi ħadd li ilu jisimek , jitkellem miegħek u illum għandu viżjoni u pjan ta’ ħidma biex itejjeb il-kwalità tal-ħajja tiegħek.”

Bernard Grech, f’messaġġ dirett saħaq li “inti tista’ tagħmel għażla favur pajjiżek, favur dak li tħobb, u dik l-għażla tasal għalija biss permezz ta’ vot lill-PN. Jien se nibqa’ miegħek, miegħek inwettqu l-pjan għal Malta.”