Byron Camilleri jattakka l-kandidati żgħażagħ tal-PN
Wara tlett ijiem konsekuttivi jaħrab b’mod totali lill-ġurnalisti f’nofs kampanja elettorali, inkluż wara press call li sejjaħ hu stess waqt attività uffiċjali, il-Ħamis filgħaxija Robert Abela tfaċċa taħt tinda tal-Labour f’San Ġiljan. Fejn hawn tkellem biss fuq dak li qalulu… u wieġeb għal mistoqsijiet deskritti minn analisti politiċi bħala relattivament komdi, bħal fil-każ tal-attivita fit-Tiguglio.
F’din il-laqgħa …li għad-differenza tal-ġimgħa l-oħra fl-Isla, it-tmexxija tal-Labour ħasset li kellha tqiegħed lill-mara tiegħu Lydia Abela ma djulu….Abela spicca jitkellem biss fil-bidu, u fi tmiem l-attività – biex jaghmel zballji mill-inqas.
Matul din l-attività tkellem ukoll il-Ministru Byron Camilleri li f’diskors qasir xorta waħda kompla man-narrattiva tal-Labour; dik tan-negattiviżmu partiġġjan fejn saħansitra spiċċa jattakka lill-kandidati żgħażagħ tal-Partit Nazzjonalista. Dan meta l-Partit Nazzjonalista huwa dak il-partit li f’din l-elezzjoni qed jippreżenta lill-poplu l-iżgħar kandidata.
Preżenti fit-Tiguglio kien hemm ukoll l-eks Segretarju Parlamentari Rosianne Cutajar, li però wara li stiednet lill-eks Mexxej Laburista Joseph Muscat f’attività tagħha…ma tħallitx titkellem. Minkejja li hi waħda mill-kandidati żgħażagħ tal-Labour.
Intant f’din l-attività, li matulha kien hemm l-interventi taż-żgħażagħ, ġiet imfaħħra wkoll proposta tal-Partit Nazzjonalista – dik tal-għotja tat-€300 lill-ġenituri ta’ dawk it-tfal li jibgħatu lil uliedhom għal attivitajiet extra kurrikulari.
//= $special ?>