Waqt Business Breakfast organizzat mill-Partit Nazzjonalista, Claudio Grech, il-persuna li għaqqad il-programm elettorali tal-PN, qal li l-Parit Nazzjonalista huwa parti li jaħseb mhux biss fil-futur iżda wkoll fil-ġenerazzjoni li jmiss. Programm elettorali li l-ewwel parti tiegħu hija l-viżjoni li l-PN għandu għall-pajjiż.
Huwa qal li l-politika ma tista titmexxa bl-istess mod li jitmexxa business…. trid toħloq soċjetà li tkompli ttejjeb il-ħajja tan-nies. Viżoni li trid titwettaq b’mod fattwali u tanġibbli.
Claudio Grech qal li pajjiżna bilfors irid itejjeb ir-reputazzjoni tiegħu. Din mhux reputazzjoni li għabdha x’taqsam biss mal-greylisting iżda wkoll għal xiex irridu li pajjiżna jkun magħruf. Pajjiz li fih tista’ tgħix b’mod tajjeb u b’mod sigur… f’ambjent fejn nies minn pajjiżi differenti kapaċi jgħixu flimkien f’serenita. Huwa żied jgħid li l-protezzjoni tal-ambjent hija kruċjali f’dan kollu.
Claudio Grech qal li fil-programm elettorali, hemm aċċenn fuq it-tkabbir ekonomiku. Huwa semma kunċett tal-ESG – terminoloġija ġdida li llum kulħadd qed jitkellem fuqha li se twassal għal bidla radikali fil-kultura. Fil-qofol ta’ kollox hemm il-ħolqien tal-ġid – prijorità fuq kif se jinħoloq il-ġid.
Dan il-programm elettorali huwa programm ta’ ħidma mfassla fuq ħames, snin. Ħidma li se tinkludi 10 setturi ekonomiċi ġodda li se joħolqu investiment ta’ 2 biljuni.
Partit Nazzjonalista fil-Gvern fil-passat ħoloq diversi setturi ġodda fosthom dak marittimu, il-farmaċewtika u t-turiżmu li ħolqu investiment kbir li għadna ngawdu minnu sal-lum.
Claudio Grech jemmen li t-tekonoploġja hija ċ-ċavetta ta’ kif tissaħħaħ l-ekonomija ta’ pajjiżna… fejn il-produttività se twassal biex il-pagi jkomplu jitjiebu. Huwa qal li l-living income huwa dak li se jawwasl lin-nies biex jibdew jgħixu ħajja dinjituża.
Huwa qal li anke fil-leġislazzjoni stess ikun hemm miżuri li jekk persuna tkun tista’ twettaw applikazzjoni ta’ proċes mal-Gvern b’mod diġitali, ikun jista’ jaqdih b’mod diġitali.
Claudio Grech żied jgħid li l-politika tas-servizz pubbliku trid tkun li l-prijorità tmur fil-font line…. din il-ħaġa stajna narawha f’dawn is-sentejn meta pajjiżna kien għaddej minn pandemija.
Huwa tkellem dwar il-governanza li ssir b’mod iktar modern. Il-kunċett dar kif il-Gvern jinvolvi lill-Oppożizzjoni fit-tmexxija tal-pajjiz.
Claudio Grech tkellem ukoll dwar kif it-tribaliżmu ħoloq problemi u diviżjonijet kbar f’dan il-pajjiż. Gern ġdid Nazzjonalista se jibda jagħmel il-pass biex il-ħsara li saret minħabba dan it-tribaliżmu, tkun eliminata.
Dan il-programm elettorali huwa turija ċara ta’ parti li semma’ lil kulħadd.. Partit li huwa mmexxi minn Bernard Grecj… minn politiku ta’ kuxjenza u ta’ umanità.
//= $special ?>