Is-Segretarju Ġenerali tan-NATO, Jens Stoltenberg, qal li hemm il-provi sostanzjali li l-qawwiet ta’ Vladimir Putin qegħdin jużaw l-armamenti projbiti – fosthom il-cluster bombs – waqt l-invażjoni tal-artijiet Ukreni.
Stoltenberg qal lill-ġurnalisti li ‘l-osservaturi tan-NATO raw b’għajnejhom l-użu tal-cluster bombs fl-Ukrajna’ u meta daħlu wkoll rapporti dwar l-użu ( mir-Russi) ta’ armi oħrajn ipprojbiti waqt azzjonijiet li qed isiru b’abbuż tal-liġi internazzjonali.
Madankollu hu sostna mill-ġdid li l-Alleanza tal-Punent mhix se twaqqaf no-fly zone fuq l-Ukrajna biex tevita sitwazzjoni fejn l-ajruplani tan-NATO jispiċċaw iwaqqgħu ajruplan militari ta’ Putin u jissugraw li tinqala Tielet Gwerra Dinjija.
Sadanittant, in-NATO qed twiegħed forom oħra ta’ għajnuna lill-Gvern tal-Ukrajna fost l-istqarrijiet biex il-President Putin itemm l-invażjoni immedjatament.
//= $special ?>