“Wasal iż-żmien ta’ tmexxija matura u serja li tpoġġi fuq quddiem nett l-interess nazzjonali, il-ġid komuni u individwali”.
Kliem il-Kap tal-Partit Nazzjonalsita Bernard Grech meta dalgħodu indirizza Business Breakfast li organizza l-Partit Nazzjonalista.
Huwa tkellem dwar ir-relazzjonijiet u r-rispett ta’ bejn l-individwi… katina sabiex jitnaqqas l-individwaliżmu. Bernard Grech qal li fl-elezzjoni hemm għażla li m’għandhiex tabbaża fuq flus biss iżda fuq il-fatt li kulħadd jgħix ħajja dinjituża u jħossu sigur f’pajjiżu stess.
Huwa qal li dan il-Partit għandu pjan ta’ ħidma li tiffuka wkoll fuq kemm aħna lesti li lkoll nifhmu li għandna obbligi oħra lejn xulxin.
Diskors ċar minn Bernard Grech fejn qal li spiċċa ż-żmien li nitkellmu biss fuq id-drittijiet… wasal iż-żmien li jkollna tmexxija matura u serja li tpoġġi fuq quddiem nett l-interess nazzjonali u l-ġid komuni u individwali.
Huwa semma wkoll l-importanza li pajjiżna joħroġ mill-iktar fiss minn fuq il-lista l-griża. Apparti dan l-importanza li jinħolqu għaxar setturi ekonomiċi ġodda li se joħolqu aktar impjiegi filwaqt li jsaħħu l-ekonomija ta’ pajjiżna.
Gvern ġdid Nazzjonalsita għandu politka li tara li kulħadd jimxi ‘l quddiem, fejn kulħadd ikollu ċans igawdi lill-għeżiez tiegħu… u hawnhekk l-importanza tal-proposta tal-living income.
Bernard Grech qal li aħna rridu intejbu mhux biss is-saħħa ekonomika ta’ pajjiżna imma wkoll li l-familji jgħixu ħajja ta’ kwalità. Huwa qal li ma jistax ikollok pajjiż li jimxi ‘l quddiem u l-individwi jibqgħu lura. U f’dan kollu jidħlu wkoll l-arti u mużiku u l-kultura li huma parti sostanzjali fl-iżvilupp ħolistiku tal-persuni.
Il-Kap tal-PN qal li l-edukaturi rridu nagħtuhom l-importanza meħtieġa, inżidulhom il-kundizzjonijiet tax-xogħol kif ukoll il-paga tagħhom.
Bernard Grech tkellem ukoll dwar il-problema tal-għoli tal-ħajja li bla dubju qed taffettwa lil kulħadd. Il-PN qed iressaq proposta ta’ 40 miljun fond sabiex tiġi inidrizzata din il-problema tal-għoli tal-ħajja.
Huwa semma wkoll is-sitwazzjoni li bħalissa għaddej minnha l-poplu Ukren… ħutna umani li għaddejjin minn tbatija kbira fejn qed jispiċċaw jitilfu ħajjithom nies innoċenti. Huwa tal-mistħija li jkollok Prim Ministru li jonqos milli jieħu azzjoni f’waqtha u jibqa’ jagħti każ biss il-flus… fejn dam iktar minn ġimgħa biex iwaqqaf il-bejgħ taċ-ċittadinanza lir-Russi.
Bernard Grech qal li fl-elezzjoni ġenerali l-poplu għandu għażla bejn xi ħadd li ma jiddeċidix u xi ħadd li għandu viżjoni ċara għal dan il-pajjiż. Partit Nazzjonalista li qed jipproponi proposti konkreti fejn kulħadd ikun jista’ jaħdem b’serħan tal-moħħ.
“Ressaqna programm elettorali b’saħħtu li se jibqa’ jilqa’ l-ideat ta’ kulħadd.. magħkom irridu nagħtu l-aħjar kwalità ta’ ħajja lill-poplu. Programm elettorali li huwa tagħna lkoll… programm li se jkun qiegħed hemm biex nattwawh flimkien għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi kollu.”
//= $special ?>