Clayton Bartolo kompla ma’ dak li għamlu kandidati oħra tal-Partit Laburista.
Fis-Sannat, Bartolo, li fl-aħħar xhur falla miżerjament bħala Ministru tat-Turiżmu, kellu diskors vojt għal kollox minn kull sustanza u mimli biss b’attakki partiġġjani diviżivi.
Bartolo fl-ebda ħin ma semma kif se jara li pajjiżna jimxi ‘l quddiem u minflok l-aktar persuna li semma fid-diskors tiegħu ma kienx Robert Abela imma Bernard Grech.
Lanqas ma semma’ kemm swew lill-poplu Malti il-Malta Film Awards. Bartolo ilu xahar u nofs taparsi jikkalkula kemm ġie jiswa’ l-‘party’ li tah iċ-ċans jilbes ċoff u jitla fuq palk, filwaqt li l-protagonisti vera, jiġifieri l-producers tal-films spiċċaw ibbojkottjaw din l-attività minħabba nfiq bla sens, waqt li l-industrija nnifisha tibqa’ titkarrab lill-Gvern.
Il-Ministru Laburista hu fost dawk li ma tantx se jibqa’ mfakkar għall-ħidma tiegħu f’din l-amministrazzjoni – u dan kien rifless anke fid-diskors fjakk li għamel f’Għawdex – imma se jibqa’ mfakkar għal kif ħaseb għall-ħabiba tiegħu li spiċċat tgawdi sempliċiment għax hi l-‘ħabiba’ tal-Ministru.
Id-diskors tal-lejla wera’ biċ-ċar li dik kienet l-unika viżjoni li kellu Bartolo fl-aħħar snin għal pajjiżna.
//= $special ?>