Futbol Sport

Gżira jirritornaw għar-rebħ

Gudja United…….1

Gżira United……….2

Gudja United: G. Zammit, M. Muchardi, A. Friggieri (68’ N. Micallef), R. Soares, J. Arthur, G. Mensah (61’ L. Cremona), N. Tabone, J. Bolanos, N. Dzalamidze (46’ B. Selemani), G. Nikabadze, M. Dias (86’ T. Nagamatsu)

Gżira United: D. Zarkov, G. Bohrer, M. Cosic, L. Tabone, N. Muscat, S. Pisani (76’ J. Attard), Z. Scerri, T. Kolega, C. Gauci (88’ H. Kabar), N. Portelli, J. De Assis

Imwissija: 34’R. Muchardi, 72’ G. Nikabadze, 72’ M. Cosic, 73’ N. Portelli

Skorjaw: 27’ T. Kolega, 39’ J. De Assis, 69’ L.Cremona

Referee: Malcolm Spiteri

Assistenti Referees:  Mitchell Scerri & Paul Apap

Raba’ Uffiċjal: Trustin Farrugia Cann

BOV Plejer tal-Logħba: Jefferson De Assis (GŻR)

Wara t-telfa tal-ġimgħa l-oħra kontra Mosta, f’dan il-konfront Gżira United ssieltu sew biex rebħu lil Gudja United. Fuq in-naħa l-oħra din kienet it-tieni telfa konsekuttiva għall-Gudjani wara li l-ġimgħa li għaddiet sofrew telfa ta’ 2-0 kontra Floriana.

 Fl-ewwel taqsima Gżira kienu għalkollox dominanti fuq l-avversarji tagħhom tant li kienu wkoll kapaċi jiskurjaw darbtejn. L-ewwel tentattiv denju wasal mal-11-il minuta logħob meta daqqa ta’ ras ta’ Toni Kollega ta’ Gżira tefgħet lid-difiża ta’ Gudja taħt pressjoni. Ftit qabel in-nofsiegħa Gżira jsarrfu l-isforzi tagħhom f’gowl meta minn kross fil-baxx mogħti minn Jefferson De Assis, Kolega kkonverta f’gowl mill-kaxxa ż-żgħira. Fid-39 minuta Gżira rdoppjaw l-iskor. Wara pass preċiż fuqu, is-solitu De Assis li antiċipa lid-difensur Neil Tabone u b’kalma kbira wiċċ imb wicc ma’ Zammit ma żbaljax. Fit-tieni taqsima, ir-ritmu tal-partita żdied, b’Gżira ftit aktar komdi fuq wara iżda fis-56 minuta marru viċin minn free-kick angolat ta’ Nikolai Muscat. Tmien minuti wara Gudja rrispondew b’xutt b’saħħtu minn barra l-kaxxa ta’ Muchardi liema konklużjoni ġiet imdawra b’diffikultà f’corner mill-goalkeeper Kroat Darijan Zarkov. Fis-69 minuta l-Gudjani daħlu fil-partita wara li s-sostitu Llywelyn Cremona tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka mill-viċin. Fl-aħħar mumenti tal-partita Gżira provaw jagħlqu l-logħba bi tliet gowls meta minn kontrattakk Nevin Portelli ttanta xortih b’xutt imdawwar.