Il-kelliem ewlieni għall-Gvern tar-Russja qed jiddefendi bil-qawwi l-introduzzjoni ta’ liġi ġdida biex kulmin ( fir-Russja) jippubblika l-informazzjoni qarrieqa (fake news) dwar il-militar Russu jeħel sa piena massima ta’ ħmistax-il sena ħabs.
Dmitry Peskov, wieħed mill-akbar kollaboraturi tal-President Vladimir Putin, qal li din il-liġi kienet meħtieġa ‘minħabba l-gwerra tal-misinformazzjoni bla preċedent li qed titwettaq (mill-Punent) kontra r-Russja.’
Il-liġi, effettivament, qed twaqqaf ir-rappurtaġġ dwar il-gwerra mill-entitajiet tal-media indipendenti fir-Russja, Dan meta s-servizzi tal-aħbarijiet fir-Russja mhumiex permessi li jirreferu għal dak li għaddej bħalissa fl-Ukrajna bħala ‘gwerra’.
Il-BBC, CBS News u ABC News kollha sospendew is-servizzi tagħhom mir-Russja b’reazzjoni għal-liġi partikulari.
//= $special ?>