Il-Prim Ministru ta’ Iżrael, Naftali Bennett, għadu kemm iltaqa’ mal-President tar-Russja, Vladimir Putin, fil-Kremlin ta’ Moska .
L-uffiċċju ta’ Bennett qal li ż-żewġ mexxejja diskutew aspetti tal-kriżi fl-Ukrajna, bit-taħditiet idumu għal kważi tlett sigħat.
Intant, il-kelliema qrib il-Prim Ministru Iżraeljan qalu wkoll li Iżrael kien informa lill-Istati Uniti minn qabel dwar il-laqgħa fil-Kremlin.
Fl-aħħar jiem qam dibattitu dwar jekk il-Gvern Iżraeljan għandux iservi bħala medjatur f’din il-kriżi u dwar kemm pass bħal dan ikun wieħed realistiku.
Fl-istess ħin, il-vjaġġ ta’ Naftali Bennett f’Moska jista’ ikun sinifikanti fi żmien meta r-Russja qed tkun suġġetta għal iżolament fuq livell internazzjonali